drambtitle.JPG (8860 bytes)

spacer.gif (863 bytes)

Kullhadd.jpeg (1849 bytes)

Omm Amerikana tfittex hajja stabbli ghaliha u ghal uliedha

10/03/2002 - Jirrapporta Joe Mifsud

 

OMM li rebhet lura l-kustodja ta’ uliedha minn qorti Maltija wara li missierhom kien harab bihom lejn Malta qalet lil dan il-gurnal li kienet se thalli pajjizna b’uliedha biex dawn jibdew jghixu hajja stabbli, izda l-kaz se jkompli jsegwih l-avukat taghha Aaron Mifsud Bonnici.

Il-fatt li l-omm telqet minn Malta b’uliedha kien ikkritikat mill-avukat ta’ missier it-tfal ghaliex skond hu d-decizjoni li tat il-qorti mhix finali. L-avukat Josie Pace qalilna li ghada filghodu kien se jipprezenta appell mid-decizjoni li ta’ l-Imhallef Ray Pace matul din il-gimgha.

Il-qorti laqghat t-talba tal-omm u ghaddiet lil uliedha lura lilha wara li zewga kien harab bihom mill-Istati Uniti lejn Malta.

Id-decizjoni ta l-Imhallef Ray Pace fil-prim awla tal-qorti civili wara li l-omm irnexxielha ssir taf li uliedha kienu Malta u prezentat kaz fil-qorti biex tehodhom lura.

Dokument li irnexxilu jikseb Kullhadd dwar il-kaz tal-koppja Amerikana juri li l-FBI Amerikana kien irnexxilha tikseb video tal-Amerikan Ronald Allen Grecula jiddiskuti ma’ individwu biex jghinu jahrab mill-Istati Uniti lejn pajjiz iehor bit-tfal.

Grecula fil-video jinstema’ jghid li l-pajjiz ghandu jkun wiehed li ma ffirmax it-trattat ta’ The Hague halli l-pajjiz ma jkunx jista’ jonora decizjonijiet tal-qorti Amerikana.

Id-dokument li kiseb dan il-gurnal huwa affidavit li prezenta Kevin Shanley, agent specjali tal-Federal Bureau of Investigations.

Monique Grecula saret taf li zewgha kien Malta wara li rnexxielha tikseb fax li ntbaghtet minn Malta lil dak li kien zewgha minn Malta.

Fil-qorti l-avukat Aron Mifsud Bonnici li assista lill-omm esebixxa mandat ta’ arrest kontra Ronald Allen Grecula ghaliex kien mfittex mill-FBI.

Martu waslet Malta u bdiet battalja legali biex tiehu l-kustodja ta’ uliedha wara li mill-istharrig li ghamlet l-Omm Monique irrizultalha li uliedha u r-ragel kienu jinsabu f’Malta.

Monique Grecula f’kumment li tat lil dan il-gurnal kif inqatghet is-sentenza qaltilna li hi sodisfatti li l-qorti ta’ Malta ghamlet gustizzja maghha u issa tista’ tirritorna lura ma’ uliedha. Qaltilna li x-xhur li ghaddew kienu ta’ tensjoni ghaliha ghaliex kienet mifruda minn uliedha u ma tafx fejn kienu.

spacer.gif (863 bytes)
Home