MBVC - Advocates

48 Old Bakery Street
Valletta VLT09, Malta.
(+356) 21246977 - tel
(+356) 23331005 - fax


The Firm
Practice Areas
Attorneys
News
Web Resources
Labour and Employment
Recent Compliance Projects
Litigation
About the Area



home
News
L-Awtorita' tax-Xandir tikser dritt fondamentali tal-GWU
(l-orizzont, 8/6/2005)

Il-Prim’Awla tal-Qorti Civili (Sede Kostituzzjonali), ippreseduta mill-Imhallef Gino Camilleri, ikkonkludiet li l-Awtorità tax-Xandir kisret id-dritt fondamentali tal-libertà ta’ l-espressjoni tal-General Workers’ Union (GWU) meta fl-2000 ma hallithiex ixxandar avviz fuq it-televizjoni. Is-Segretarju Generali tal-GWU Tony Zarb u l-ex-President tal-GWU James Pearsall kienu fethu kawza kontra l-Awtorità tax-Xandir wara li din ma hallithomx ixandru l-avviz ghax qalet li dan kien ta’ natura politika.

L-avviz kien jghid: “Din x’gustizzja hi? Min ixxamplat u min ikollu jgorr il-pizijiet tista’ tghid kollha. Min jistghana u min ikollu jithabat biex izomm il-livell ta’ l-ghixien li rebah. Facli hafna ddur fuq il-haddiema bil-paga u fuq il-pensjonanti biex tigbor kemm tista’ minn fuqhom. Bnejna socjetà li fiha nghinu lil dawk minnha li jifilhu l-inqas. Ghaliex ghandna nreggghu l-arlogg lura? Din gustizzja? Int ukoll tista’ taghti sehmek biex immorru ’l quddiem flok lura”.

Tony Zarb u James Pearsall qalu li meta l-Awtorità tax-Xandir waqqfet lill-union milli xxandar dan l-avviz kienet qieghda ccahhadha mid-dritt fondamentali tal-libertà ta’ l-espressjoni li huwa mhares fil-Kostituzzjoni ta’ Malta u fil-Konvenzjoni Ewropea ghall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fondamentali.

Min-naha taghha l-Awtorità tax-Xandir cahdet li kienet qieghda ccahhad lill-union mid-dritt li tesprimi l-opinjoni taghha u qalet li din setghet talbitha biex torganizza skema ta’ xandiriet politici halli tinghata lehen fihom.

Fis-sentenza tieghu, l-Imhallef Camilleri rrimarka li m’hemmx dubju li t-test ta’ l-avviz inkwistjoni huwa ta’ natura politika ghax infatti jaghmel referenza ghall-gustizzja socjali, jindika li hemm uhud li huma komdi u ohrajn li jridu jerfghu l-oneru wahedhom, jghid li hemm min ikompli jaqla’ l-flus u min irid jissielet biex izomm il-livell ta’ l-ghixien li ghandu u fih hemm riflessjoni dwar dak li ghamel il-Gvern tal-gurnata.

L-Imhallef isemmi kif wara li xxandar ftit drabi minn zewg stazzjonijiet televizivi privati, l-avviz kien mizmum milli jkompli jixxandar mill-Awtorità tax-Xandir. Huwa jghid li ma jidhirx li hu ragjonevoli li biex wiehed jaghmel avviz politiku fuq il-mezzi tax-xandir irid l-ewwel joqghod jitlob lill-Awtorità tax-Xandir biex torganizza skeda ta’ programmi politici ghax din tista’ dejjem tirrifjuta li torganizza tali skema.

“Jista’ jkun li l-Awtorità ghandha l-obbligu li tassikura li jkun bilanc fi kwistjonijiet ta’ kontroversja ta’ natura politika jew industrijali. Izda dan il-bilanc ma jistax jigi assigurat billi jigi projbit ix-xandir ta’ avvizi bhal dak inkwistjoni.

“Wiehed ghandu d-dritt li jesprimi ruhu u jghid dak kollu li ghandu xi jghid. Jekk hemm bilanc li ghandu jigi assigurat ghandu jkun hemm regolamenti adegwati li jassiguraw tali bilanc anke jekk l-ewwel avviz isir bi hlas. Dawn ir-regolamenti ghandhom jipprovdu l-mezz kif l-avviz jista’ jigi ribattut”.

L-Imhallef Camilleri zied jghid li hu sinikattiv li ma kienx hemm ilmenti la min-naha tal-Gvern, la min-naha ta’ partiti politici u lanqas min-naha ta’ l-Employers’ Association rigward dan l-avviz.

Huwa jistaqsi jekk il-ligijiet li gew ikkwotati mill-Awtorità tax-Xandir ghadx ghandhom sinifikat meta llum ix-xandir gie liberalizzat u b’mod partikolari meta llum il-partiti politici ewlenin ghandhom stazzjonijiet taghhom, kemm tat-televizjoni u kemm tar-radju. Ghalhekk il-partiti politici jtellghu l-programm ta’ l-ahbarijiet taghhom u m’hemmx dubju li dawn ikollhom il-kontenut politiku taghhom. Jista’ jkun li l-mezzi tax-xandir tal-partiti politici jibbilancjaw lilhom infushom.

Lanqas m’hu ragjonevoli, hu jzid jghid, li l-Awtorità tax-Xandir oggezzjonat peress li l-avviz kien qieghed jittella‘ mill-GWU mentri ma kinitx toggezzjona jekk l-avviz kien ta’ partit politiku. Ghalhekk kieku dan l-avviz inhareg minn xi partit politiku dan kien jixxandar u ma kienx ikun hemm oggezzjoni min-naha ta’ l-Awtorità tax-Xandir. Lanqas ma jidher li hu ragjonevoli li l-Awtorità tista’ zzomm reklam jekk jidhrilha li jkun ta’ natura politika imma ma zzommx programmi ta’ diversi sighat b’hafna kontenut politiku.

L-Imhallef Camilleri qal li l-artikoli rilevenati ghal din il-kawza huma l-artikolu 41 tal-Kostituzzjoni u l-artikolu 10 tal-Konvenzjoni Ewropea fejn it-tnejn li huma jghidu li kulhadd ghandu d-dritt ghal-libertà ta’ l-espressjoni, li jinkludi wkoll d-dritt li wiehed ikollu opinjoni u li jaghti informazzjoni dwar dik l-opinjoni minghajr indhil mill-awtorità pubblika.

“Fid-dawl ta’ dan kollu, il-union ghandha jkollha l-libertà li tesprimi l-opinjonijiet taghha anke jekk dawn ikun fihom element politiku. Ghalhekk ghandha wkoll id-dritt li taghmel avvizi bhal dak li ghamlet, anke jekk ikun bi hlas. Ghandha wkoll id-dritt li taghti informazzjoni dwar l-opinjoni taghha u dan minghajr ma jkun hemm indhil mill-awtorità pubblika.

Il-union ma tistax tigi mfixxkla fit-tgawdija ta’ dan id-dritt fundamentali kif tidher li ghamlet l-Awtorità tax-Xandir. Jidher ukoll li l-Awtorità ma kinitx ragjonevoli meta applikat il-ligijiet u r-regolamenti inkwistjoni biex ipprojbit ix-xandir ta’ l-avviz inkwistjoni u lanqas ma jidher li dak li sar mill-istess awtorità kien mehtieg f’socjetà demokratika.

Ghalhekk ma kinitx iggustifikata li tipprojbixxi x-xandir ta’ l-avviz in kwistjoni ghax ma kienx fih xejn irragonevoli jew li jaghmlu mhux iggustifikabbli f’ socjetà demokratika”.

L-Imhallef Gino Camilleri ghaldaqstant ikkonkluda li d-decizjoni ta’ l-Awtorità tax-Xandir li ma thallix lill-GWU ixxandar l-avviz tmur kontra l-Kostituzzjoni ta’ Malta u l-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem.
 
[Ghall-GWU dehru Dr. Aron Mifsud Bonnici, Dr. Karmenu Mifsud Bonnici u Dr. Marvic de Barro; ghall-Awtorita' tax-Xandir deher il-Professur Ian Refalo]
 

The Firm || Practice Areas || Lawyers || News || Web Resources || Contact Us || Home

© 2004-2005 AMB & JVC, Malta