MBVC - Advocates

48 Old Bakery Street
Valletta VLT09, Malta.
(+356) 21246977 - tel
(+356) 23331005 - fax


The Firm
Practice Areas
Attorneys
News
Web Resources
Labour and Employment
Recent Compliance Projects
Litigation
About the Area



home
News
Wara l-azzjonijiet ta’ xahar ilu fit-Tarzna:
Il-mandat sar ghal skopijiet ulterjuri
– il-Konsulent Legali tal-GWU

l-orizzont (09/03/05)
Dikjarazzjonijiet li saru mill-Prim Ministru Lawrence Gonzi u mill-Ministru Austin Gatt juru bic-car li l-mandat ta’ sekwestru kontra l-GWU wara l-azzjonijiet industrijali ta’ xahar ilu fit-Tarzna sar ghal skopijiet ulterjuri, fosthom biex issir pressjoni fuq il-union minhabba n-negozjati li kienu qeghdin isiru dwar il-ftehim kollettiv u biex l-istess mandat jintuza bhala ghodda propagandistika.

Dan sostnih il-konsulent legali tal-GWU, Dr Aaron Mifsud Bonnici, meta l-bierah kien qed jitratta fil-Qorti fuq il-kwistjoni dwar il-mandat li l-Malta Shipyards Ltd. ghamlet kontra l-GWU fl-ammont ta’ Lm50,000 billi qed tinsisti li l-azzjonijiet li saru fi tmiem Jannar li ghadda kienu jiksru l-ftehim kollettiv u ghaldaqstant ma kienux protetti mil-ligi industrijali. Decizjoni dwar jekk il-mandat ta’ sekwestru ghandux jibqa’ fis-sehh mistennija tinghata ghada mill-Imhallef Giannino Caruana Demajo.

L-Avukat Mifsud Bonnici spjega li l-azzjonijiet industrijali kienu ordnati mit-Taqsima Metall u Kostruzzjoni tal-GWU wara nuqqas ta’ qbil dwar diversi punti li hemm fil-ftehim kollettiv u punt iehor kien jirrigwarda l-ingagg ta’ haddiema Bulgari. L-azzjonijiet ma sarux b’kapricc u dak li wassal lill-union biex tirrikorri ghalihom kien id-dewmien biex jigu solvuti l-kwistjonijiet li hemm pendenti.

 
Fil-fatt, dwar din il-kwistjoni f’inqas minn sena bejn Jannar u Lulju tas-sena l-ohra saru 21 laqgha bejn il-union u l-management u wara li ntervjena l-Gvern, permezz tal-Ministru Austin Gatt, saru xejn inqas minn 11-il laqgha ohra. Il-ftehim kollettiv jghid li meta tinqala’ kwistjoni ghandha tintalab laqgha fi zmien 24 siegha u ghaldaqstant altru milli saret din il-laqgha, imma z-zewg nahat b’kollox iltaqghu 32 darba qabel ma kienu ordnati l-azzjonijiet industrijali.

Il-konsulent legali tal-GWU zied jispjega li dawn l-azzjonijiet kienu jikkonsistu f’work-to-rule u li ma tinghatax ghajnuna lill-haddiema barranin. Meta haddiem isegwi d-direttiva ta’ work-to-rule dan ifisser li jahdem strettament mat-termini li ghandu u ghalhekk ma jkunx qed jikser il-kuntratt tax-xoghol tieghu.

L-Avukat Mifsud Bonnici qal li fl-ghoti ta’ dawn id-direttivi lill-membri taghha l-GWU mxiet ukoll ma’ dak li jitlob il-ftehim kollettiv li jistipula li jrid jinghata avviz dwarhom lill-management mill-inqas 36 siegha qabel ma’ dawn jidhlu fis-sehh. F’dan il-kaz il-breakdown fid-diskussjonijiet sehh il-Gimgha 28 ta’ Jannar u l-ghada kien komunikat l-avviz lill-management li kienu se jittiehdu azzjonijiet industrijali li bdew isehhu jumejn wara, it-Tnejn 31 ta’ Jannar.

Dwar l-argument tal-kumpanija li l-GWU naqset milli tiehu l-kwistjoni quddiem konciljatur, l-Avukat Mifsud Bonnici rrimarka li l-ftehim kollettiv mhux talli ma jimponix li din il-haga trid issir bilfors, izda sahansitra jipprevedi li meta jkun registrat nuqqas ta’ qbil jistghu jittiehdu azzjonijiet industrijali bla ma l-kwistjoni tmur ghall-konciljazzjoni.

 
Il-Malta Shipyards qieghda tilmenta wkoll li l-GWU kisret l-obbligu li ma taghmilx tilwima evidenti lill-klijenti tal-kumpanija. L-Avukat Mifsud Bonnici sahaq li fil-verità kien il-Gvern li kiser dan l-obbligu b’mod lampanti billi nefah il-kwistjoni barra minn kull proporzjon u bil-pubblicità li taha fil-media, waqt li kull ma ghamlet il-union kien semplici-ment avviz fil-gazzetta taghha biex tavza lill-membri bid-direttivi li kellhom isegwu.

F’dan l-istadju l-konsulent legali tal-GWU kkwota diversi dikjarazzjonijiet li saru minn esponenti tal-Gvern, fejn sahansitra kien hemm fosthom min hedded li kien lest jaghlaq it-tarzna fi zmien ftit gimghat.

Minbarra hekk, dikjarazzjoni partikolari li ghamel il-Ministru Austin Gatt fil-gurnal The Malta Independent tas-7 ta’ Frar tindika li l-mandat ta’ sekwestru kontra l-GWU sar bi tpattija talli l-union irrikorriet ghal azzjonijiet industrijali. Waqt li min-naha tieghu l-Prim Ministru Lawrence Gonzi iddikjara li biex jitnehha l-mandat, l-ewwel iridu jigu solvuti l-kwistjonijiet pendenti.

L-Avukat Mifsud Bonnici temm jghid li dan kollu juri li r-raguni vera ghala l-Gvern insista fuq il-mandat ta’ sekwestru hija biex jaghmel pressjoni fuq il-GWU u qed jaghmel uzu mill-ghodda gudizjarji biex jilhaq skopijiet ulterjuri.

Ghall-GWU dehret ukoll l-Avukatessa Marvic Debono. Prezenti kien hemm is-Segretarju Generali Tony Zarb, id-Deputat Segretarju Generali Michael Parnis, is-Segretarju tat-Taqsima Metall u Kostruzzjoni, Charles Agius u s-Segretarju tat-Taqsima Manifattura u Intraprizi Zghar, Roberto Cristiano.
 

The Firm || Practice Areas || Lawyers || News || Web Resources || Contact Us || Home

© 2004-2005 AMB & JVC, Malta