|
Il-Qorti ddikjarat l-imgieba tal-Gvern fil-konfront ta’ hames
infermieri, li kienu qeghdin isegwu direttiva mahruga mill-General
Workers’ Union (GWU), bhala diskriminatorja u ordnatlu biex jieqaf
mill-agir tieghu. Dan hareg minn sentenza moghtija l-bierah mill-Prim’Awla
tal-Qorti Civili, preseduta mill-Imhallef J. R. Micallef, wara agir
diskriminatorju tal-Gvern li beda fis-sena 2000.
Il-membri tal-GWU involuti kienu jaqghu taht ir-responsabbiltà tad-Direttur
Generali tas-Sahha u kienu stazzjonati fl-Isptar Monte Carmeli.
Fis-sena 2000, id-Divizjoni tas-Sahha wettqet ezercizzju ta’ tqassim
gdid ta’ l-infiermieri f’dan l-isptar u dwar dan ma kienx hemm qbil
mal-GWU. F’Mejju 2000, il-GWU kienet harget direttiva lill-membri
taghha biex jibqghu jirrapportaw ghax-xoghol fis-swali fejn kienu
qabel.
Fit-8 ta’ Gunju, 2000, il-Gvern iddecieda li l-haddiema li kienu
qeghdin isegwu d-direttivi tal-GWU ma kellhomx jithallew jaghmlu
xoghol b’sahra. Fost dawn il-haddiema hemm Joe Attard, President tat-Taqsima
Servizz Pubbliku tal-GWU.
Il-Qorti stqarret li l-infermieri “kollha kienu qeghdin isegwu d-direttiva
ta’ l- union taghhom fil-qafas ta’ tilwima industrijali rregistrata
minhabba li ma ntlahaqx qbil dwar l-ezercizzju tad-‘deployment’
imfassal mill-amministrazzjoni ta’ l-isptar. Jirrizulta wkoll li,
sakemm damet fis-sehh id-direttiva, l-ebda wiehed minnhom ma nghata
jaghmel xoghol b’sahra.”
Il-Qorti qieset l-azzjoni tal-Gvern bhala ghamla ta’ “ritorsjoni”, jew
tpattija, kontra haddiema li kienu qeghdin isegwu direttiva tal-GWU u
dan meta qieset li s-sahra bdiet minflok tinghata lill-haddiema ohrajn
li ma kinux qeghdin isegwu din id-direttiva.
Il-Qorti kompliet tghid li “din l-ghamla ta’ ritorsjoni, li tirrizulta
li kienet marbuta mat-tilwima industrijali, holqot trattament
differenti fil-konfront tal-haddiema nvoluti meta mqabbel mat-trattament
li kienu qeghdin jinghataw impjegati ohrajn shabhom fl-istess
cirkostanzi.
“Id-differenza wahdanija li tirrizulta kienet li l-infermieri
koncernati kienu qeghdin isegwu d-direttivi f’tilwima industrijali u
l-ebda wiehed jew wahda mill-haddiema l-ohrajn li nghataw xoghol
b’sahra f’dawk l-istess swali jew centri ta’ l-isptar ma kienu qeghdin
isegwu dik id-direttiva.
“Din id-differenza ta’ trattament, fil-fehma tal-Qorti, kienet
tikkostitwixxi trattament diskriminatorju, sewwasew minhabba jew
b’konsegwenza ta’ sehem f’azzjoni industrijali”, qalet il-Qorti.
Josephine Attard Sultana, Segretarja tat-Taqsima Servizz Pubbliku
tal-GWU esprimiet sodisfazzjon wara d-decizjoni tal-Qorti u stqarret
li l-GWU issa qieghda tistenna li l-Gvern jerfa’ r-responsabbiltà ta’
l-azzjoni tieghu u, filwaqt li ma jkomplix jiddiskrimina kontra l-haddiema,
jikkumpensa b’mod xieraq lil min kien vittma ta’ dan l-agir.
Il-haddiema kienu assistiti fil-Qorti minn Dr. Aron Mifsud Bonnici u
Dr. Karmenu Mifsud Bonnici, konsulenti tal-GWU.
|