Wara li l-Gvern iddecieda li b’mod arbitrarju jnehhi l-festi
pubblici li jahbtu nhar ta’ Sibt u nhar ta’ Hadd, il-General
Workers’ Union kompliet bil-hidma u determinazzjoni taghha biex
dan il-kaz ma jmutx fuq ommu u l-bierah ressqet ilment formali
kontra l-Gvern quddiem l-International Labour Office, l-ILO,
f’Ginevra, l-Isvizzera.
Dan thabbar mis-Segretarju Generali tal-GWU, Tony Zarb, meta
flimkien ma’ l-amministrazzjoni centrali ta’ l-unjin, indirizza
konferenza ta’ l-ahbarijiet dwar il-kwistjoni tal-festi pubblici.
Tony Zarb sostna li bid-decizjoni li ha l-Gvern wahdu biex inehhi
l-festi pubblici tefa’ piz kbir fuq il-haddiema biss. L- GWU
mill-ewwel uriet d-dizapprovazzjoni taghha u dan ghar-raguni li
mhux accettabbli li l-Gvern jindahal bejn is-shab socjali biex dak
li kien digà miftiehem bejniethom fil-ftehim kollettiv ma gie
jiswa xejn.
Tony Zarb spjega li wara li l-Gvern iddecieda li jnehhi l-festi
pubblici, il-GWU mxiet fuq tliet binarji.
L-ewwel wiehed kien li l-GWU bdiet diskussjonijiet fuq livell
azjendali fejn kien hemm certi postijiet tax-xoghol li accettaw li
jaghtu kumpens.
Minbarra dan il-GWU harest lejn il-possibilità ta’ referendum
abbrogattiv, liema dritt, sostna s-Segretarju Generali tal-GWU,
ghadu hemm. Tony Zarb qal li l-GWU bdiet tiddiskuti din
il-possibilità ma’ unjins ohrajn, izda kollox waqaf hesrem hekk
kif il-Gvern iddikkjara pubblikament li mhux lest joqghod
ghad-decizjoni tal-poplu jekk il-poplu jiddeciedi favur il-unjin.
Huwa fakkar kif il-Gvern kien qal li jekk tghaddi ta‘ l-unjin
fir-referendum abbrogattiv, se jaghmel mizuri iktar drastici. Dan
ifisser biss li l-Gvern mhux lest jimxi bl-aktar mod demokratiku
mal-poplu.
Ghaldaqstant it-tielet binarju li l-GWU mxiet fuqu kien li tressaq
il-kaz quddiem l-ILO. Is-Segretarju Generali tal-GWU spjega li
l-unjin bdiet hidma sfieqa mill-ewwel kemm ma’ l-ICFTU u kemm ma’
l-ILO. L-ufficjali tal-GWU kellhom diversi laqghat ma’ esperti ta’
l-ICFTU. Wara dawn il-laqghat l-ICFTU informat lill-GWU li hija
ghandha kaz sod quddiem l-ILO.
Ghaldaqstant Tony Zarb ilbierah habbar li fil-jiem li ghaddew
l-unjin inghatat l-approvazzjoni ta’ l-ICFTU li l-kaz jista’
jitressaq quddiem l-ILO u dan b’appogg shih ta’ l-ICFTU. Fil-fatt
ilbierah stess Tony Zarb baghat ittra lid-Direttur Generali ta’
l-ILO Juan Somavia u informatu li l-GWU qieghda tilmenta
formalment kontra l-Gvern ta’ Malta.
Is-Segretarju Generali tal-GWU qal li dan kollu juri li ghall-GWU
l-kwistjoni tal-festi pubblici mhix xi kaz maghluq. Il-GWU ma
tistax taccetta pozizzjoni fejn il-Gvern jiddeciedi li jnaqqas
il-kundizzjonijiet tal-haddiema li gew negozjati fil-Ftehim
Kollettiv.
Fil-konferenza ta’ l-ahbarijiet tkellem ukoll id-Deputat
Segretarju Generali Internazzjonali tal-GWU Michael Parnis. Huwa
spjega l-process li wassal biex il-GWU tressaq il-kaz quddiem
l-ILO.
Huwa qal li wara li l-kunsill ta‘ l-unjin fi Frar li ghadda ha
decizjoni li jmexxi ghal quddiem l-ILO, hu flimkien ma’ Tony Zarb
kellhom laqgha fi Brussels ma’ l-avukati ta’ l-ILO u hemmhekk
saret l-ewwel talba ghall-appogg mill-ICFTU.
F’Marzu ta’ din is-sena saret laqgha bejn il-GWU u l-ICFTU u li
fiha l-unjin spjegat b’mod dettaljat il-kwistjoni tal-festi
pubblici u fl-istess hin il-GWU bdiet thejji dokument estensiv
biex jinghata lill-ILO.
F‘April li ghadda Michael Parnis u l-Avukat tal-GWU Dr Aaron
Mifsud Bonnici kellhom laqgha ohra ma’ l-avukati ta’ l-ILO, biex
ftit tal-jiem ilu l-ICFTU tat parir biex il-kaz jitressaq quddiem
l-ILO.
Tkellem ukoll l-Avukat Dr Aaron Mifsud Bonnici li qal li l-ilment
tal-GWU huwa bbazat fuq kif il-Gvern Malti qieghed jikser
l-istandards internazzjonali tax-xoghol.
Huwa qal li l-GWU qieghda ssostni li bl-emenda li ghamel il-Gvern
qieghed jikser il-principji fundamentali ta’ l-ILO biex is-shab
socjali b’mod awtonomu jirregolaw id-drittijiet taghhom permezz
tal-ftehim kollettiv; qieghed jipprojbixxi lis-shab socjali milli
jinnegozjaw u jikkonkludu ftehim dwar festi pubblici li jaqghu
nhar ta’ Sibt u Hadd; u qieghed jirrendi bla effett ftehim
kollettivi ezistenti li fihom hemm ftehim dwar kumpens ghal granet
tal-festi pubblici.
L-Avukat Aaron Mifsud Bonnici qal li l-pubbliku se jkun infurmat
minn zmien ghal zmien dwar l-andament tal-kaz li l-GWU qieghda
tressaq quddiem l-ILO. Huwa qal li l-GWU tinsab kunfidenti ghal
rizultat pozittiv f’dan il-kaz.
Prezenti ghall-konferenza ta’ l-ahbarijiet kien hemm ukoll
id-Deputat Segretarju Generali Manwel Micallef, il-President Salv
Sammut u l-Vici President Helen Mallia, kif ukoll l-International
Officer Cory Greenland, u Dr Marvic DeBarro, Ufficjal Legali
tal-GWU, li hadmu fuq id-dokument finali.
|